Marija Vallewro hija omm ta’ 45 sena. Sid ta’ skola tal-għaddasa, kuraġġuża, avventuruża u ta’ qalb tajba. Tħobb tara x-xemx tielgħa, l-għawm u l-kotba, u ma tħobbx il-midja soċjali. Tiffoka fuq l-ibbaġitjar tad-dar, il-kontijiet u t-tfaddil.
Identità sigrieta: Arzella Tista’ tikkontrolla l-ilma u tikkomunika mal-ħlejjaq tal-baħar.
Anġlu Vallewro huwa missier ta’ 45 sena. Negozjant kariżmatiku. Iħobb it-taħriġ fiżiku u l-arkeoloġija, imħarreġ fuq is-cybercrime u s-sigurtà online. Ma jħobbx il-ħela tal-ħin jew tal-flus. Fil-finanzi jiffoka fuq l-investiment u t-tkabbir tal-kapital.
Identità sigrieta: Vultaġġ Jista’ jtir u jieħu l-enerġija mix-xemx.

SMISHING SCAM

L-ismishing huwa tip ta’ scam permezz ta’ SMS li fih xi ħadd jibgħatlek messaġġ fuq il-mowbajl biex jipprova jqarraq bik biex tikklikkja fuq link u b’hekk jisraqlek l-informazzjoni jew il-flus.

Xi Skoprejna?

  1. Qatt m’għandek tikklikkja fuq ħoloq f’SMS li ma kontx qed tistenna.
  2. Qatt m’għandek tidħol fuq ħoloq f’SMS mingħajr ma taqrahom sewwa u tivverifika li ġenwini.
  3. Ivverifika billi ċċempel in-numru tal-kumpanija jew tuża l-app.
  4. Għandek tipproteġi flusek: uża biss l-app u l-website uffiċjali tal-BOV u rrapporta l-iscams lill-pulizija jew ċempel lill-BOV fuq 2131 2020.

Ftakar: Il-flus li ġemmajt ikunu aktar sikuri meta INTI tibqa’ fil-kontroll!

OQGĦOD ATTENT! Żomm għajnejk miftuħin għal qerq bħal dan!

Dawn it-tipi ta’ smishing scams huma biss tip wieħed ta’ attentati qarrieqa biex jisirqulek flusek b’mod diġitali.

BOV Logo

Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).