Naomi Gatt hija disinjatriċi u illustratriċi Maltija. Studjat il-B. Communications u l-Psikoloġija u ilha taħdem fid-disinn grafiku mill-2010. 

Fl-aħħar snin iffokat fuq l-illustrazzjoni ta’ kotba għat-tfal u ppubblikat tliet kotba. Tħobb tagħti l-ħajja lill-istejjer permezz ta’ kuluri vivaċi, ħafna dettall u disinji ħelwin. Naomi tispira ruħha mil-logħob tal-kompjuter, mit-tpinġijiet tat-tifla tagħha ta’ erba’ snin, u minn Toby, il-kelb tagħha li jżommilha kumpanija waqt li taħdem. Naomi temmen ħafna fil-kreattività u tħobb toħloq xogħlijiet artistiċi li jqanqlu  l-immaġinazzjoni fit-tfal. L-illustrazzjonijiet tagħha huma sempliċi u divertenti, bil-għan li jagħmlu l-istejjer aktar attraenti u ta’ gost għaż-żgħar.

Intervista ma’ Naomi f’ħarġa 2