Il-ġenju tal-mużika wara wħud mill-aqwa soundtracks tal-films
minn Robert Caruana
Jekk qatt rajt film u ħassejt qalbek tħabbat aktar mgħaġġel, jew ħassejt ruħek emozzjonat qabel ma qal kelma l-attur, hemm ċans kbir li kienet il-mużika li qanqlitlek dawn is-sentimenti. Wieħed mill-aktar nies li jafu jagħmlu dan hu Hans Zimmer, kompożitur li biddel il-mod kif nisimgħu u nesperjenzaw iċ-ċinema moderna.
Min hu Hans Zimmer?
Hans Florian Zimmer twieled fit-12 ta’ Settembru 1957 fi Frankfurt, il-Ġermanja. Kiber b’interess qawwi fil-mużika u llum hu magħruf għall-istil partikolari li jgħaqqad l-orkestra klassika ma’ ħsejjes elettroniċi u moderni, u b’hekk joħloq soundtracks li huma intensi u memorabbli.
Minn nominazzjoni għal Oscar… għal leġġenda
Wieħed mill-ewwel mumenti kbar tiegħu fil-films wasal b’Rain Man, li l-mużika tiegħu ġiet nominata għal oscar. Imbagħad ismu sar popolari ħafna għall-mużika ta’ The Lion King, li għalih rebaħ l-Oscar għall-Aqwa Mużika Oriġinali. Snin wara reġa’ rebaħ oscar ieħor għall-film Dune, li fih wera li l-kreattività tiegħu baqgħet tikber maż-żmien.
Gladiator, rabta speċjali magħna
Għall-qarrejja Maltin hemm fatt li jagħmel lil Zimmer aktar interessanti: hu kkompona l-mużika (score) ta’ Gladiator, flimkien ma’ Lisa Gerrard. Gladiator għandu wkoll rabta ma’ Malta għax-xeni li ġew iffilmjati hawn, speċjalment is-sett tal-film fil-Forti Ricasoli. Il-mużika ta’ Gladiator kienet tant b’saħħitha li rebħet ukoll Golden Globe għall-Aqwa Original Score.

Id-drittijiet kollha riservati – Ritratt bil-kortesija tal-Malta Film Commission
X’jagħmel il-mużika tiegħu daqshekk b’saħħitha?
Zimmer mhux sempliċiment jikteb melodija sabiħa iżda joħloq mużika li tagħti ħajja u karattru liċ-ċinematografija.
Temi sempliċi imma qawwija li terġa’ tiftakarhom (u kultant ftit noti biss jagħmlu differenza kbira).
Saffi ta’ ħsejjes (orkestra, drums, synths, sound effects) biex joħloq tensjoni jew emozzjoni.
Kollaborazzjoni mill-qrib mad-diretturi biex il-mużika tkun parti mill-istorja.
L-effett li tħalli fuqek il-mużika fil-films
Meta terġa’ tara film bil-mużika ta’ Hans Zimmer ipprova agħmel esperiment: oqgħod attent meta l-mużika tidħol u toħroġ. Tinduna li ħafna drabi tkun hi li tgħidlek: “Issa se jiġri xi ħaġa”, “Issa trid tħoss emozzjoni” jew “Issa l-eroj se jqum fuq saqajh.” U forsi meta tisma’ Gladiator tiftakar ukoll li parti minn dik l-epika għaddiet minn Malta.
Premjijiet u suċċessi
Minbarra ż-żewġ oscars Zimmer għandu wkoll 5 Grammy Awards u numru kbir ta’ nominazzjonijiet. Dan juri kemm il-mużika tiegħu tgħaddi minn soundtrack tal-film għal xogħol mużikali rispettat ħafna.
Superheroes: il-mużika ta’ Batman, Superman u oħrajn
Zimmer sar magħruf ħafna wkoll għax ta identità mużikali lil eroj famużi. Skont diversi releases u credits ta’ soundtracks dawn huma wħud mill-aktar films tas-superheroes li ħadem fuqhom:
- Batman Begins (2005)
- b’kollaborazzjoni ma’ James Newton Howard
- Zimmer kien involut fil-mużika tal-film
- The Dark Knight (2008)
- The Dark Knight Rises (2012)
- Man of Steel (2013)
- The Amazing Spider-Man 2 (2014)
- Batman vs Superman: Dawn of Justice (2016) – b’Junkie XL
- X-Men: Dark Phoenix (2019)
- Wonder Woman 1984 (2020)
Mużika ta’ films li huma popolari magħkom:
- Interstellar (2014)
- Kung Fu Panda (2008)
- score maħdum ma’ John Powell
- Rango (2011)
- Megamind (2010)
- soundtrack/score maħdum ma’ Lorne Balfe
- Shark Tale (2004)
- The Prince of Egypt (1998)
- The Road to El Dorado (2000)
- mużika ta’ Hans Zimmer u John Powell
- Spirit: Stallion of the Cimarron (2002)
- 007 – No Time to Die (2021)
- Blade Runner 2049 (2017)
- mużika ta’ Hans Zimmer u Benjamin Wallfisch
- Pirates of the Caribbean
- Dead Man’s Chest (2006) u At World’s End (2007)
- Pirates of the Caribbean – The Curse of the Black Pearl (2003) – mużika ta’ Klaus Badelt u Hans Zimmer
u ħafna iktar…






























