
Kif nista’ nkun naf x’inhu l-iktar importanti?
Hemm differenza bejn meta jkolli bżonn xi ħaġa u meta vera nixtieq xi oġġett. Imma kif nista’ nkun naf x’inhi d-differenza bejniethom? U għalfejn importanti li nkun nafhom dawn l-affarijiet?
Immaġina qiegħda fuq gżira ċkejkna waħdek, f’nofs ta’ baħar, u m’għandek xejn miegħek. Taf li ġejja dgħajsa ssalvak f’ħamest ijiem imma trid tistenna sakemm tasal. X’ħa jkollok bżonn f’dawk il-ġranet sakemm tistenna li jiġu għalik?
Agħżel tliet affarijiet minn din il-lista li taħseb li ħa tiġi bżonn:

Jista’ jkun hemm affarijiet li tixtieq minn din il-lista, bħal xi biċċa ċikkulata tajba, imma taħseb li għandek bżonnha iktar mill-affarijiet l-oħra? Biex jirnexxilek tgħix tajjeb f’din il-ġimgħa iktar tagħmel sens tieħu l-basket tal-frott u ħaxix għax għandek bżonn tiekol tajjeb kuljum u ħa jservik iktar. L-ilma wkoll ħa jkollok bżonnu għax m’intix se tixrob l-ilma baħar, mhux hekk? U l-aħħar ħaġa? Ir-rota, għalkemm sabiħa li jkollok, m’inti se tagħmel xejn biha għax m’hemmx fejn tmur. Li żgur ħa tiġi bżonn hu xi mkien fejn tistkenn. Naħseb li l-kamp hu idea tajba biex ikollok fejn torqod u tistkenn mix-xemx u x-xita sakemm jiġu għalik.
Mela ejja nibda mill-bżonnijiet. Dawn huma affarijiet li bilfors għandi bżonn biex ngħix u ma nistax ngħaddi mingħajrhom: ikel, xorb, post fejn noqgħod, ħwejjeġ, mediċina.
Xewqat huma affarijiet li rrid li jkolli imma li nista’ ngħix mingħajrhom, bħal ġelat, ħelu, video games, ditta partikolari u li tiswa l-flus ta’ ħwejjeġ jew żraben.
Meta tiġi f’dubju, staqsi lilek innifsek, “Nista’ noqgħod mingħajru dan l-oġġett?”
Madankollu xorta tajjeb li jkollok xewqat! Wara li tieħu ħsieb il-bżonnijiet, sabiħ li minn dak li tkun faddalt matul is-sena tixtri xi ħaġa li tkun ilek tixtieq.
Staqsi lill-adulti li jieħdu ħsiebek għal parir!






























