
Kemm fiha gost id-dinja tal-arti, hux?
Iżda qatt ħlomt li tagħmel xi ħaġa kbira bl-imħabba tiegħek għall-mużika, il-pittura, it-teatru, iż-żfin, jew dik il-forma t’arti li tolqtok l-aktar?
Jekk taffaxxinak id-dinja tal-arti, jista’ jagħti l-każ li din it-triq tagħti għall-karriera tiegħek. Il-kampanja ArtWorks tgħinek tagħraf kif tieħu l-ewwel pass.
Il-Kunsill Malti għall-Arti jista’ jgħinek permezz ta’ ArtWorks, kampanja maħsuba apposta biex tgħin lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jħobbu l-arti u l-kreattività. Grazzi għal din il-kampanja ser ngħinukom tiskopru l-istejjer ta’ artisti Maltin ta’ suċċess.
Is-setturi kulturali u kreattivi huma wħud mill-aktar oqsma promettenti f’Malta, parti minn ekonomija li qed tikber. U l-istejjer ta’ dawk il-professjonisti li b’suċċess għażlu li jieħdu din it-triq jistgħu jgħinuk biex anke inti tagħmel parti mill-ġenerazzjoni ġdida t’artisti professjonisti.
Mela ejja niltaqgħu ma’ dawn it-tmien ambaxxaturi li se jispjegaw kif tistgħu twittu t-triq għal karriera fl-arti.

Żeffiena
Florinda Camilleri
“La tiddejjaqx tiċċelebra s-suċċessi ta’ sħabek. Sabiħ li tkun parti minn komunità b’saħħitha li tgħinek tasal fejn tixtieq.”
Direttur, għalliem u attur
Alan Montanaro
“Taċċettax ‘le’ bħala l-aħħar risposta. Ħafna drabi din kulma tfisser hu li għadu mhux iż-żmien. Kompli ħabrek, sakemm jinbidlu ċ-ċirkostanzi.”


Artist u edukatur
Darren Tanti
“Li tkun artist ifisser ukoll li titgħallem tħaddan negozju. B’hekk biss se tmexxi l-karriera tiegħek ’il quddiem.”
Direttur tal-films
David Serge
“Ħaddan il-kurżità u kompli tgħallem. Toqgħod tistenna ‘l ħadd jagħtik permess li tkun kreattiv.”


Artista tat-teatru mużikali
Ann-Marie Buckle
“Tħalli ‘l ħadd jgħidlek x’għandek tagħmel jew jipprova jwaqqfek milli taħdem għall-ħolma tiegħek, anke jekk it-triq tkun twila.”
Attriċi, preżentatriċi u produttriċi
Antonella Galea Loffreda
“Toqogħdux lura mit-taħriġ u korsijiet akkreditati fl-arti – dawn jagħtuk pedament sod u jiftħu bibien għal aktar opportunitajiet.”


Prattikanta tat-teatru
Lee-N Abela
“Bl-iżbalji nitgħallmu! Mela tiddejjaqx jekk jiżloqlok xi żball, għax b’hekk tkun qed titgħallem xi ħaġa ġdida u timxi aktar ’il quddiem.”
Artist freelancer
Sean Borg
“Ħaddem moħħok u fassal pjan. Emmen fik innifsek u tħarreġ f’ħiliet li tista’ tużahom f’diversi oqsma.”

Kont taf li…
L-arti u l-kreattività mhumiex biss mezz kif tesprimi lilek innifsek, iżda jistgħu jkunu parti importanti mill-futur tiegħek. Jekk int imħajjar tibni karriera fl-arti, il-Kunsill Malta għall-Arti jista’ jgħinek sabiex din il-ħolma ssir realtà!






























