lkoll naqblu li m’hawnx isbaħ minn ħarġa ħdejn il-baħar u speċjalment fil-vaganzi meta t-temp jibda jisħon u nkunu nistgħu ngħumu fih. Imma qatt ħsibna x’ħajjiet hemm taħt wiċċ l-ilma? U x’perikli qed ngħaddulhom?
Dan l-aħħar smajna ħafna dwar il-plastik li jintefa’ fil-baħar u l-ħsara li jista’ jagħmel. Ħafna mill-plastik jitfgħu l-bniedem stess, bħal fliexken, boroż u skart ieħor. Anke skart li jintrema fuq l-art jista’ jtir lejn il-baħar. Xi ħut jistgħu jieklu l-boroż għax jaħsbuhom ikel u jmutu. Dan il-plastik idum ħafna snin ma jitkisser u jispiċċa fix-xejn. Dan il-plastik biż-żmien jinkiser f’biċċiet żgħar ħafna li jsejħulhom “microplastics”. Tant huma żgħar dawn il-microplastics li ħafna drabi qed jispiċċaw xorta waħda fl-istonku ta’ ħafna ħlejjaq tal-baħar. Ħlejjaq żgħar bħall-imħar u l-arzell qed ibatu ħafna mill-effetti ta’ dawn il-microplastics. Kulma jmur qed jonqsu fin-numru, minħabba li dat-tip ta’ plastik qed jidħol fis-sistema diġestiva tagħhom.
Imma aħna x’nistgħu nagħmlu?
Minn żmien għal żmien isir xi tindif tal-bajjiet. Nistgħu nħajru lil sħabna u nieħdu sehem f’dat-tindif. Nippruvaw nixtru ikel li ma jkunx ippakkjat f’ħafna plastik. Għandna nevitaw tazzi u straws tal-plastik. Waqt xi ħarġa nieħdu l-affarijiet tagħna u li se nerġgħu nużawhom.
Bil-parti ċkejkna tagħna nkunu qed nibżgħu għall-ambjent, nagħtu eżempju lil ta’ madwarna u ngawdu aktar
il-ħlejjaq tal-baħar fil-futur.






























